Wednesday, February 25, 2026

Aktar timijiet jgħaddu għall-fażi li jmiss fil-Community Easter Trophy

Aqra wkoll

Matul dawn il-jiem komplew il-kompetizzjonijiet tal-Għid organizzati mill-Malta Blackball Federation hekk kif aktar timijiet għaddew għall-fażi li jmiss.

Fir-Regional Easter Trophy, Żebbuġ St Joseph tħabtu ferm sabiex għelbu lil Domus Kids Żejtun A 23-20.

Mill-banda l-oħra, kellna numru ta’ logħbiet mill-Community Easter Trophy fejn kien hemm il-kwalifikazzjoni ta’ Birżebbuġa St Peter’s A, Ħamrun 147 D, Selmun Sports Club C, San Ġwann Tiki Taka Buddies, Birkirkara Boċċi, Birkirkara Juve, PL Floriana u Siġġiewi Montekristo C.

Birżebbuġa St Peter’s A għelbu lil Cospicua Rangers 21-16, Ħamrun 147 D rebħu d-derby kontra Ħamrun 1889 Bar 21-11, Selmun Sports Club C kisbu rebħa ta’ 21-18 kontra Żebbuġ St Joseph C filwaqt li San Ġwann Tiki Taka Buddies kienu aħjar minn Siġġiewi Montekristo B 21-16.

F’aktar logħbiet, Birkirkara Juve għelbu l-isfida iebsa li tawhom Selmun Sports Club B 21-19, l-istess kif għamlu Siġġiewi Montekristo C li kisbu riżultat pożittiv ta’ 21-18 kontra Birżebbuġa St Peter’s B.

Birkirkara Boċċi u PL Floriana kisbu wkoll il-kwalifikazzjoni għar-round li jmiss wara li għelbu lil Qormi Anici (21-13) u Mrieħel Billiard House B (21-12) rispettivament.

Sadanittant in-National Easter Trophy se jibda fis-6 ta’ Marzu fejn l-aqwa timijiet fil-Blackball jissieltu għar-rebħ ta’ dan l-unur.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport