In-nirien li qegħdin jaħdmu żoni sħaħ fi Sqallija, wasalu biex il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta ma kellhiex triq oħra għajr tħassar tmien titjiriet oħra minn u lejn Katanja. Dan kellu jsir għax l-ajruport ta’ Katanja għadu affettwat minn diversi restrizzjonijiet relatati man-nar li ħakmu l-ġimgħa li għaddiet.
It-titjiriet ikkanċellati huma:
28 ta’ Lulju – KM642 minn Malta lejn Katanja li kienet skedata għall-10pm,
28 ta’ Lulju– KM643 minn Katanja lejn Malta li kienet skedata għall-11.25pm,
29 ta’ Lulju – KM642 minn Malta lejn Katanja li kienet skedata għall-10pm,
29 ta’ Lulju – KM643 minn Katanja lejn Malta li kienet skedata għall-11.25pm,
30 ta’ Lulju – KM642 minn Malta lejn Katanja li kienet skedata għall-10pm,
30 ta’ Lulju – KM643 minn Katanja lejn Malta li kienet skedata għall-11.25pm,
31 ta’ Lulju – KM642 minn Malta lejn Katanja li kienet skedata għall-10pm,
31 ta’ Lulju – KM643 minn Katanja lejn Malta li kienet skedata għall-11.25pm.
L-Air Malta fakkret ukoll li din hi sitwazzjoni li mistennija tibqa’ għaddejja għall-jiem li ġejjin, u l-kumpanija se toħroġ iktar informazzjoni dwar titjiriet oħra malli jkun hemm xi żviluppi.