Saturday, December 21, 2024

Aktar twissijiet dwar biċċiet ta’ plastik f’ġelati

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku biex ma jikkonsmax ġelat tad-ditta Smiles Slimex, f’varjetajiet ta’ Dessert Ripple u Strawberry Ripple minħabba l-possibbiltà ta’ preżenza ta’ biċċiet tal-plastik fl-istess prodotti. Din it-twissija nħarġet wara li matul il-ġimgħa li għaddiet kienet inħarġet twissija simili fuq prodotti ta’ ġelati oħrajn tad-ditta Smiles.

It-twissija tikkonċerna lil prodotti li jġorru dati ta’ durabbiltà sat-12 ta’ Jannar tal-2022.

Il-volum tal-prodotti huwa ta’ żewġ litri.

Intant għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 mit-8.00 a.m. sas-2.30 p.m. jew permezz ta’ imejl fuq [email protected].

Ekonomija

Sport