Saturday, November 23, 2024

Aktar Webinars b’xejn matul Ġunju mill-BOV

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta ser ikun qed jorganizza t-tieni Webinar tiegħu dwar l-Investimenti ‘In-Norma l-Ġdida: L-Ekonomiji waqt il-Pandemija COVID 19 – Perspettiva Internazzjonali’ nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju 2020 fit-3.00 pm.

Il-webinar se jiffoka fuq ix-xena tas-swieq internazzjonali, l-impatt fuq is-setturi ekonomiċi differenti, il-prospettiva kurrenti tas-suq u x’hinu mistenni f’dan ix-xenarju. Il-kelliema internazzjonali, Christopher Dembik, Head Macro Research minn Saxo Bank u Edward Markus, Ekonomista Prinċipali mill-ECR Research, se jinagħqdu ma’ esperti fil-qasam tal-investimenti tal-Bank of Valletta, Mark Vella u Matthew Farrugia. L-ewwel webinar tal-BOV dwar l-Investmenti li sar f’Mejju kellu parteċipazzjoni ikbar milli mistenni u kien jitratta fuq is-suq lokali.

Dan il-webinar huwa wieħed minn serje ta’ webinars b’xejn li l-Bank of Valletta kien qed jorganizza waħdu jew b’kollaborazzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra matul dawn l-aħħar xahrejn. L-għan hu li jipprovdi informazzjoni esperta, għarfien u best practices lin-negozji u l-konsumaturi lokali.

Matul Ġunju, il-Bank of Valletta qed jingħaqad ukoll ma’ The Gozo Business Chamber, il-Malta Chamber u ċ-Chamber of Engineers u se jkun qed jikko-ospita webinars oħra li jesploraw it-Trade Finance u soluzzjonijiet ta’ pagamenti contactless għan-negozji.

Il-webinars huma kollha mingħajr ħlas u miftuħa għal kull min hu interessat li jikseb aktar għarfien dwar is-suġġetti kkonċernati. Il-parteċipanti jistgħu wkoll iressqu mistoqsijiet, ħsibijiet jew sempliċement jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom. Dawn il-webinars huma wkoll disponibbli għall-pubbliku ġenerali permezz tal-paġni tal-midja soċjali tal-Bank.

Żomm ruħek informat u aġġornat. Irreġistra għal dawn il-webinars fuq https://www.bov.com/Pjazza/upending-bov-webinars. Jekk ma rnexxielekx tipparteċipa fil-webinars ta’ Mejju, tista’ tarahom fuq l-istess paġna tal-website.

Sport