Tuesday, December 24, 2024

Al Ahly iħarsu lejn Victor Osimhen u Piotr Zielinski

Aqra wkoll

Al Ahly mill-Arabja Sawdija qed iħabbtu l-bieb ta’ Napoli sabiex jakkwistaw żewġ plejers minn tagħhom u dawn huma Piotr Zielinski u Victor Osimhen. Dawn tal-aħħar kienu importanti għal Partneopei sabiex jirbħu l-kampjonat Taljan wara 33 sena. 

Il-president ta’ Napoli Aurelio de Laurentis ftit jidher lest li jinnegozja fuq Osimhen li hu meqjus importanti ħafna għall-iskwadra għalkemm lest jagħlaq għajnejn għal Zielinski li għandu offerta tajba ta’ €12-il miljun mifruxa fuq tliet snin. 

Barra minn hekk, Napoli donnhom diġa’ sabu s-sostitut għal Zielinski u dan hu Teun Koopmeiners ta’ Atalanta.

Ekonomija

Sport