Il-kowċ il-ġdid ta’ Al Hilal Simone Inzaghi se jipprova jieħu xi plejers mingħand l-eks tim tiegħu Inter. Skont gazzetta Taljana, hu qed jipprova jġib ma’ Al Hilal lil Alessandro Bastoni u Nicolò Barella.
Barella għall-bidu rrifjuta, imma jista’ jibdel fehma wara t-telfa tal-UEFA Champions League. Bastoni u Barella huma simboli tal-Inter, u jekk jitilqu, il-klabb se jkollu bżonn rivoluzzjoni kbira.