Simone Inzaghi għandu għan wieħed f’moħħu: jitla’ fuq il-quċċata tal-Ewropa ma’ Inter. Iżda, skont rapport minn gazzetta Taljana, il-kowċ Nerazzurro jinsab fil-mira tal-Al Hilal, li se jippruvaw jakkwistawh billi jtuh salarju konsiderevoli.
Il-president Fahad Bin Saad Bin Nafel, jidher li hu tant fiduċjuż bil-ħatra ta’ Inzaghi li qed jistennih f’Riyadh fil-bidu ta’ Ġunju. Hu żar lil Inzaghi f’April li għadda waqt li kien qed joqgħod f’Milan, u offrilu pakkett finanzjarju impressjonanti li jlaħħaq aktar minn €20 miljun nett fis-sena.
Barra minn hekk, Inzaghi jinsab ukoll fuq ir-radar ta’ diversi klabbs kbar Ingliżi: Chelsea, Manchester United u Tottenham fost l-oħrajn.