Wednesday, October 1, 2025

Al Ittihad ifittxu kowċ ġdid

Aqra wkoll

Al-Ittihad bdew it-tfittxija tagħhom għal kowċ ġdid wara li s-Sibt irrappurtaw li l-eks leġġenda Franċiża Laurent Blanc m’għadux iktar imexxihom.

Ir-rapport iżid li ġew identifikati tliet kandidati ewlenin għal din il-kariga u dawn huma l-eks kowċ ta’ Napoli Luciano Spalletti, l-eks kowċ ta’ Barcelona Xavi Hernandez, u dak Portugiż Sergio Conceicao.

Din il-mossa qed titqies bħala pass importanti għall-futur tat-tim, hekk kif il-klabb qed jimmira li jibqa’ kompetittiv fuq livell domestiku u internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport