Tuesday, December 31, 2024

Al-Ittihad jagħmlu offerta ta’ €150 miljun għal Mohamed Salah

Aqra wkoll

Liverpool jistgħu jiġu sforzati li jċedu lill-attakkant internazzjonali Eġizzjan, Mohamed Salah, hekk kif il-club mill-Arabja Sawdija, Al-Ittihad, għamlu offerta ta’ €150 miljun biex jiffirmaw lill-player ta’ 31 sena sa nhar il-Ġimgħa li ġej meta jagħlaq is-suq tat-trasferimenti. 

Sa ftit jiem ilu, il-coach tar-Reds Jurgen Klopp, sostna li Salah ma kienx għall-bejgħ hekk kif l-offerta tal-club Sawdi kienet dik ta’ €100 miljun. 

Iżda issa x-xenarju nbidel għal kollox hekk kif żiedu €50 miljun mal-offerta oriġinali. 

Jidher li r-Reds se jħallu lil Salah jitlaq għal din is-somma minħabba li kien ippjanat li f’Ġunju 2024 huwa xorta waħda kien se jħalli lill-club. 

Aktar minn hekk, Salah innifsu qal lill-club li jixtieq imur jilgħab fl-Arabja Sawdija hekk kif is-salarju tiegħu se jkun dak ta’ €350 miljun għal sentejn. 

Ekonomija

Sport