Thursday, December 26, 2024

Al-Khelaifi u Leonardo se jiġu nvestigati mill-UEFA

Aqra wkoll

Il-president ta’ Paris St-Germain, Nasser Al-Khelaifi, u d-direttur sportiv, Leonardo, qed jiġu investigati mill-UEFA wara li allegatament ikkonfrontaw lill-uffiċjali tal-logħba wara t-telfa ta’ nhar l-Erbgħa fl-Aħħar 16 taċ-Champions Lea­gue kontra Real Madrid.

Al-Khelaifi u Leonardo raw kif PSG ċedew vantaġġ ta’ 2-0 bl-aggregate fit-tieni taqsima tal-partita tat-tieni leg, tilfu 3-2 biex ġew eliminati mill-kompetizzjoni.

Ġie rappurtat li l-koppja avviċinaw lir-referee Olandiż, Danny Makkelie, u l-UEFA issa fetħet investigazzjoni. Huwa rappurtat li Makkelie fir-rapport tiegħu kiteb li Al-Khelaifi u Leonardo “imblukkaw il-bieb” tad-dressing-room tiegħu.

Il-korp governattiv tal-football Ewropew se jikkunsidra “l-prinċipji ġenerali tal-kondotta” tiegħu kif ukoll “imġieba skorretta tal-players u uffiċjali”.

Wara l-logħba, il-coach ta’ PSG, Mauricio Pochettino, qal li l-ewwel goal ta’ Real Madrid, li wasal fil-61 minuta bit-team Franċiż 1-0 minn fuq fil-lejla, ħoloq sensazzjoni ta’ “inġustizzja”.

Pochettino ħass li l-goalkeeper Gianluigi Donnarumma ġie ffawljat fl-azzjoni tal-goal.

Karim Benzema sab ix-xibka biex Madrid reġ­għu lura fil-logħba u l-attakkant Franċiż skorja żewġ goals oħra fis-17-il minuta ta’ wara biex tefa’ lit-team tiegħu fil-kwarti-finali.

Ekonomija

Sport