Il-klabb mill-Arabja Sawdija Al Nassr għaddej minn kriżi interna wara staġun diżappuntanti. L-amministratur delegat Majed Alsorour tkeċċa wara li ma qdiex dmiru bl-aqwa mod possibbli għalkemm hu ħabbar li se jieħu passi legali. Skont rapporti, Cristiano Ronaldo talab bidliet strutturali biex jibqa’ mal-klabb.
Anke d-direttur sportiv Fernando Hierro jinsab taħt pressjoni, waqt li Stefano Pioli mistenni jitlaq u jingħaqad ma’ Fiorentina. Al Nassr issa qed ifittex rivoluzzjoni biex it-tim ikun tassew kompetittiv fl-istaġun li ġej u fuq kollox biex Cristiano Ronaldo jibqa’ magħhom.