L-organizzazzjoni Alarm Phone semmiet żewġ każi differenti u qalet li hemm 40 u 85 persuna rispettivament li qegħdin fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.
Fl-ewwel każ, Alarm Phone qalet li hemm 85 persuna li jinsabu fil-periklu u li qegħdin jaħarbu mil-Libja. Spjegat li dawn jinsabu lejn in-naħa tan-nofsinhar ta’ Lampedusa u li għandhom bżonn l-għajnuna minnufih.
Fit-tieni każ, l-organizzazzjoni qalet li hemm 40 persuna oħra li kkuntattjawhom u li jinsabu fis-SAR Maltija. Qalet li d-dgħajsa tinsab mitluqa u qed jidħol l-ilma fiha. Sostniet li n-nies f’din id-dgħajsa qalulha li ilhom bil-baħar erbat ijiem u li m’għad fadlilhom ebda ikel u ilma.