Fl-aħħar sigħat, Alarm Phone kitbet li hemm żewġ dgħajjes bl-immigranti li qegħdin ifittxu l-għajnuna fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.
L-ewwel dgħajsa kellha fuqha 25 persuna li ħarbu mil-Libja biex ifittxu post sigur.
Aktar tard qalu li kien hemm dgħajsa oħra b’27 persuna li kienu wkoll f’riskju li jegħrqu. Spjegaw li żdied ir-riħ u l-mewġ u għalhekk l-immigranti tilfu l-orjentazzjoni.
Talbu biex l-awtoritajiet isalvawhom ma jdumux u ma jħalluhomx jegħrqu.