Monday, December 23, 2024

Alarm Phone tgħid li seħħ nawfraġju qrib il-Libja… tgħid li mietu mal-15-il persuna

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

L-Għaqda non-Governattiva Alarm Phone qiegħda ssostni li seħħ nawfraġju lil hinn mil-Libja. 

Fi Tweet, l-NGO qalet li rċeviet telefonata mingħand il-qraba ta’ xi ħadd li ħarab mil-Libja. Dawn il-qraba informawhom li d-dgħajsa kienet fil-periklu fl-inħawi ta’ Zawiya. Madankollu, Alarm Phone ma rnexxielhomx jagħmlu kuntatt mad-dgħajsa. 

L-istess persuna li kkuntattja lill-NGO, aktar tard qalilhom li kien hemm 15-il persuna li mietu fil-baħar, filwaqt li 17-il persuna oħra ġew irritornati lejn il-Libja. 

L-NGO pprovat tagħmel kuntatt mal-awtoritajiet tal-Libja, tal-Italja u anke ta’ Malta, biex tistaqsihom jekk hix għaddejja xi operazzjoni ta’ salvataġġ. L-awtoritajiet kollha rrifjutaw milli jagħtu informazzjoni. 

Ekonomija

Sport