Saturday, November 23, 2024

Alarmphone b’allarm dwar dgħajsa bl-immigranti qrib il-Greċja… tgħid li l-awtoritajiet Griegi mhux jieħdu azzjoni

Aqra wkoll

L-għaqda non-governattiva Alarmphone qalet li hemm bejn 35 u 38 immigrant mill-Afghanistan u minn pajjiżi fl-Afrika li jinsabu fil-periklu fuq dgħajsa li tinsab fl-ibħra Griegi ta’ Lesvos. 

Din l-NGO qalet li ġiet imsejħa minn dawn l-immigranti li qalu li hemm il-gwardja tal-kosta fuq il-post iżda li mhux qed jieħdu azzjoni. 

Alarmphone qalet li l-persuni fil-periklu qalu li ma jistgħux idumu hekk għal ħafna aktar ħin. Qalu li jinsabu f’paniku, hekk kif l-ilma qed jiħdol fid-dgħajsa li jinsabu fiha. S’issa jidher li l-Gwardja tal-Kosta Griega ma marritx issalvahom, minkejja li jinsabu fil-qrib. Għalhekk l-NGO talbithom biex jieqfu jħarsu u jsalvawhom billi joħduhom il-Greċja. 

Sport