Thursday, November 20, 2025

Albaniż arrestat b’rabta ma’ diversi serqiet

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, Albaniż ta’ 24 sena ġie arrestat wara investigazzjonijiet bla waqfien b’rabta ma’ diversi serqiet li ġew irrapportati matul l-aħħar xhur.

Il-Pulizija kienu ġew infurmati li persuna daħlet fi proprjetajiet u serqet numri ta’ affarijiet li jvarjaw bejn flus kontanti, basktijiet tal-ħaddiema, laptops, mobiles u apparat ieħor elettroniku, fost oħrajn.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li s-serq sar minn lukandi u ristoranti f’San Ġiljan, uffiċini privati f’Ħal Qormi u minn residenza tal-anzjani f’Ħal Luqa.

Wara li ġew analiżati numru ta’ filmati tas-sigurtà mill-postijiet fejn seħħew is-serq, kollha indikaw li allegatament kienet l-istess persuna li wettqet ir-reat.

L-investigazzjonijiet intensivi waslu biex ġie identifikat l-allegat ħalliel, u dan wassal ukoll għall-arrest tiegħu.

Huwa mistenni jitressaq l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport