Albaniż ta’ 33 sena sofra ġrieħi gravi wara argument li nqala’ f’Sam Ġwann. L-argument seħħ għall-ħabta tal-12.15 a.m. fi Triq il-Kunċiżżjoni.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li fl-argument kienu involuti żewġ Albaniżi, wieħed ta’ 33 sena, u l-ieħor ta’ 29 sena, it-tnejn residenti r-Rabat Għawdex.
L-Albaniż ta’ 33 sena ttieħed l-isptar b’ambulanza minħabba li sofra xi ġrieħi u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.