Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-5:15 p.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ta’ Gorf fix-Xagħra.
Minn investigazzjoni li saret irriżulta li Albaniż ta’ 46 sena kien weġġa’ waqt li kien qiegħed jaqta’ xi njam permezz ta’ makkinarju.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku li ssejjaħ fil-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.