Saturday, December 21, 2024

Albaniż jammetti li ta fastidju sesswali lil mara fi stabbiliment pubbliku

Aqra wkoll

Il-Pulizija llum ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana LL.D, raġel mill-Albanija ta’ 32 sena u residenti x-Xlendi, Għawdex. 

Ir-raġel ġie akkużat li nhar il-5 ta’ Lulju, 2020, għall-ħabta tal-11.20 p.m., waqt li kien fi stabbiliment fi Triq il-Ġostra, Xlendi, Għawdex, ta fastidju sesswali lil mara mingħajr il-kunsens tagħha. 

Hu ġie akkużat ukoll li għamel dawn l-atti f’post pubbliku u li qal kliem oxxen fil-pubbliku. 

L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. 

Is-sentenza mistennija tingħata fil-jiem li ġejjin, bl-akkużat jinżamm taħt arrest. 

Il-prosekuzzjoni f’dan i

Ekonomija

Sport