Monday, December 23, 2024

Albaniż mixli li darab gravi Albaniż ieħor f’residenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Albaniż ta’ 29 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li darab gravi Albaniż ieħor wara argument li nqala’ f’residenza f’San Ġwann. 

Enedi Tafa ġie mixli mill-Ispettur Joanna Piscopo li kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq Evis Bardhi kif ukoll li heddu u nsulentah. 

L-Ispettur Piscopo spjegat fil-Qorti li l-inċident seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn, x’ħin il-Pulizija kienu nfurmat li kien seħħ argument bejn żewġ persuni.

Meta marru fuq il-post, sabu lill-allegat vittma bi ġrieħi f’wiċċu u kellu wkoll qasma f’moħħu. Huwa kien ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija baqgħu jsegwu l-każ u sussegwentement arrestaw lill-allegat aggressur. 

“Dawn jgħixu fl-istess residenza, flimkien ma’ diversi persuni oħra. Ma nistax nieħu sogru li l-allegat vittma u l-allegat aggressur inpoġġuhom flimkien,” qalet l-Ispettur Piscopo filwaqt li żiedet tgħid li dakinhar tal-inċident iż-żewġt irġiel kienu qegħdin jixorbu. 

Min-naħa tagħha, d-Difiża argumentat li dan kienet każ partikolari fejn żewġ persuni kienu qed jieħdu pjaċir flimkien u l-inċident li seħħ kien “ta’ darba.”

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li kellu t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda.

L-Avukat Christopher Chircop deher għal Tafa. 

Ekonomija

Sport