Monday, December 23, 2024

Alberto Zaccheroni fil-kura intensiva wara li waqa’

Aqra wkoll

L-eks coach ta’ Milan, Inter, Juventus, Lazio u l-Ġappun, Alberto Zaccheroni, jinsab fil-kura intensiva wara li ntilef minn sensieh waqt inċident domestiku.

Ir-raġel ta’ 69 sena rtira fl-2019 wara karriera madwar id-dinja li ratu jaħdem fil-Ġappun, fiċ-Ċina u fl-Emirati Għarab Magħquda.

Skond il-midja Taljana, Zaccheroni kien fid-dar tiegħu fi Cesenatico meta waqa’ u ħabat rasu mal-art u ntilef minn sensih.

Huwa ttieħed immedjatament l-isptar Maurizio Bufalini f’Cesena minn ekwipaġġ tal-ambulanza u tpoġġa fit-taqsima tal-kura intensiva.

Għadu mhux ċar jekk Zacceroni ntilifx minn sensieh meta ħabat rasu jew jekk il-waqgħa kinitx dovuta għal kundizzjoni medika oħra.

Inizjalment ġie djanjostikat b’konkussjoni u trawma f’rasu, iżda għad irid jerġa’ jiġi f’sensih.

Il-punti ewlenin tal-karriera ta’ Zaccheroni kienu r-rebħ tat-titlu tas-Serie A ma’ Milan fl-1998-99, filwaqt li wassal lill-Ġappun għas-suċċess fit-Tazza tal-Asja u fit-Tazza tal-Lvant tal-EAFF.

Ekonomija

Sport