Friday, December 13, 2024

Alcarez jirbaħ l-ewwel titlu tal-Masters 1000

Aqra wkoll

Carlos Alcaraz kiseb l-ewwel titlu tal-Masters 1,000 tal-karriera tiegħu hekk kif għeleb lil Casper Ruud tan-Norveġja biex sar l-iżgħar rebbieħ tal-Miami Open.

L-Ispanjol ta’ 18-il sena, klassifikat fis-16-il post fid-dinja, u Ruud, it-tnejn kienu qed jilagħbu fl-ewwel finali tagħhom tal-Masters 1,000.

Alcaraz għeleb bidu bil-mod biex rebaħ 7-5 6-4 kontra n-numru tmienja tad-dinja.

Huwa sar it-tielet l-iżgħar rebbieħ ta’ titlu tal-Masters 1,000 wara l-kompatrijott tiegħu Rafael Nadal u Michael Chang tal-Istati Uniti.

L-eks numru wieħed tad-dinja, Juan Carlos Ferrero, li huwa li huwa l-coach ta’ Alcaraz, ma kienx Miami peress li missieru kien miet qabel beda t-tournament.

Alcaraz iddedika r-rebħa tiegħu tas-semi-finali lil Ferrero li peró wasal għall-għarrieda fil-ħin għall-finali, li saret fil-Hard Rock Stadium.

Alcaraz huwa l-ewwel Spanjol li rebaħ f’Miami, bil-coach tiegħu u lanqas Nadal ma rnexxielhom. Tabilħaqq Nadal, rebbieħ ta’ rekord ta’ 21 Grand Slam, tilef il-ħames finali tiegħu hemmhekk.

Wara li rebaħ l-ewwel titlu ATP 500 tiegħu f’Rio de Janeiro fi Frar, Alcaraz laħaq is-semi-finali tal-avveniment preċedenti tal-Masters 1,000 f’Indian Wells, fejn Nadal, 35 sena, rebaħ liż-żagħżugħ.

Ekonomija

Sport