Saturday, October 26, 2024

Alec Balwdin jfittex li jnaddaf ismu u jiftaħ kawża dwar il-qtil ta’ Hutchins

Aqra wkoll

L-attur Alec Baldwin fetaħ kawża f’Kalifornja kontra diversi individwi assoċjati mal-film Rust.

Halyna Hutchins, id-direttur tal-fotografija, mietet f’inċident fatali f’Ottubru tas-sena l-oħra wara li l-attur Baldwin spara arma waqt il-ġbid tal-film Rust.

Din hija l-ewwel azzjoni legali li fiha Baldwin qed jallega li saret xi ħaġa ħażina minn xi ħaddieħor meta ġiet sparata l-arma.

Fl-ilment tiegħu fil-Qorti, Baldwin qal li huwa skorrett li jkun msemmi bħala l-awtur tat-traġedja. Għaldaqstant permezz ta’ din il-kawża qed ifittex li jnaddaf ismu.

Huwa tenna li, li kieku d-Direttur Hutchins kellha l-iċken ħjiel li l-arma kienet ikkargata ma kinitx tgħidlu jipponta l-arma lejha u jispara. Filwaqt li saħaq li lanqas hu ma kien jagħmel dan kieku kellu xi ħjiel.

F’intervista li kien ta f’Awwissu li għadda, Baldwin qal li r-responsabbiltà hi ta’ Gutierrez Reed u Halls għax kienu huma li tawh l-arma.

Sport