Barcelona jinsabu viċin li jġeddu l-kuntratt ta’ Alejandro Balde. Dan tal-aħħar jiskadilu l-kuntratt fl-aħħar ta’ dan l-istaġun iżda d-direttur sportiv Katalan iltaqgħu mar-rappreżentant Jorge Mendes bil-ftehim jidher li wasal fid-dettalji finali b’Balde li se jġedded sas-sena 2027.
Sadanittant jidher ukoll li dan il-plejer se jkun qed jaqla’ salarju simili għall-kollegi tiegħu Araujo u Gavi.
L-intenzjoni tad-diriġenti Katalani hi dik li l-firma tal-kuntratt issir qabel il-waqfa twila dovuta għat-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Qatar ftit tal-jiem oħra.