Alejandro Garnacho ffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin ma’ Manchester United.
Dan il-player ta’ 18-il sena ilu fin-negozjati mal-club dwar it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu mindu t-trijonf tal-FA Youth Club, fl-istaġun li għadda hekk kif kien l-ispirazzjoni ewlenija għal dan is-suċċess
Kien maħsub li kien se jkun hemm xi problemi dwar id-drittijiet tal-immaġini tiegħu, iżda issa impenja l-futur tiegħu mal-United sa Ġunju 2028.
Garnacho, li ngħaqad mar-Red Devils mingħand Atletico Madrid, qal: “Meta ngħaqadt ma’ dan il-club inkredibbli, ħlomt li nikseb id-debutt tiegħi, nilgħab f’Old Trafford, niskorja l-ewwel goal tiegħi u nirbaħ it-trofej bl-arma tal-club fuq sidiri.
“Inħossni kburi u emozzjonat ħafna li esperjenzajt dawn il-mumenti diġà, flimkien mal-familja tiegħi li appoġġatni f’kull pass matul dan il-vjaġġ.
“Jien kommess li nibqa’ nagħti l-massimu tiegħi biex ngħin lill-club jikseb il-miri tiegħu fil-ġejjieni qrib.”