Il-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin, aċċetta li “mhux kollox kien perfett” għall-partitarji wara kritika li qalgħet il-Federazzjoni Ewropea dwar il-finali taċ- Champions League f’Istanbul.
Kien hemm rapporti ta’ partitarji li kellhom jimxu distanzi estiżi matul toroq traffikużi, jagħmlu kjú għal sigħat għat-trasport lejn u mill-istadium u baqgħu mingħajr ilma hekk kif Manchester City għelbu lil Inter 1-0 fl-10 ta’ Ġunju.
Il-UEFA qabel skużat ruħha wara li l-partitarji ta’ Liverpool ġew attakkati u nfetgħalhom il-gass tad-dmugħ qabel il-finali tas-sena l-oħra f’Pariġi.
Il-korp governattiv tal-football Ewropew qabel ma kienx indirizza l-kwistjonijiet esperjenzati mill-partitarji f’Istanbul.
Madankollu, fil-ftuħ tal-Kungress tal-Partitarji tal-Football Ewropew ta’ erbat ijiem f’Manchester, Ceferin aċċetta li kienu nqalgħu problemi fit-Turkija li kellhom jiġu ndirizzati.
“Minħabba dak li xi wħud minnkom esperjenzaw dan l-aħħar, kont nifhimha li kieku tajtuni merħba mqanqla llejla,” huwa qal.
“Aħna nafu sew li f’Istanbul mhux kollox kien perfett. Żgur li mhux qed innaqqas il-problemi li ltaqgħu magħhom xi wħud.
“Iżda ejjew inkomplu naħdmu flimkien biex intejbu fuq dak li hemm..
“Qed naħseb b’mod partikolari t-trasport lejn u mill-istadium, l-ospitar tal-partitarji tal-istadium u aċċess għall-ilma u t-toilets għal kulħadd.”