Tuesday, April 7, 2026

Alessandro Amore jirrappreżenta lil Malta bħala umpire fil-Ġermanja

Aqra wkoll

L-umpire internazzjonali Malti Alessandro Amore qed ikompli jagħmel isem għal pajjiżna fix-xena sportiva internazzjonali hekk kif bħalissa jinsab jipparteċipa fis-6 Nations Under 18 Easter Boys Tournament li qed isir f’Rüsselsheim, il-Ġermanja, fejn qed jieħdu sehem timijiet nazzjonali ta’ livell għoli.

Sa issa, Amore diġà mexxa tliet logħbiet importanti f’dan it-tournament, bejn il-Ġermanja u l-Polonja, kif ukoll Wales kontra l-Polonja. Ilbieraħ, kien qed jikkontrolla wkoll il-konfront bejn il-Polonja u l-Iskozja.

Din il-parteċipazzjoni timmarka r-raba’ tournament internazzjonali għal Amore, wara ħatriet preċedenti f’kompetizzjonijiet li saru f’Ġibilta’, il-Litwanja u l-Olanda. L-esperjenza li qed jikseb hija parti importanti mill-iżvilupp kontinwu tiegħu bħala umpire internazzjonali.

Fil-fatt, dawn l-appuntamenti internazzjonali qed iservuh wkoll ta’ preparazzjoni għall-kompetizzjoni li jmiss, hekk kif Amore qed iħares ’il quddiem lejn il-Qualifiers B li se jsiru fil-Finlandja f’Lulju li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport