Saturday, October 26, 2024

Alessandro Bastoni jiddeċiedi dwar il-futur tiegħu 

Aqra wkoll

Is-sitwazzjoni tad-difensur ta’ Inter Alessandro Bastoni hi xi ftit jew wisq kumplessa. Hu jrid iġedded kuntratt ieħor man-Nerazzurri iżda fl-istess ħin qed jiġi attirat min-numru ta’ offerti li qed jagħmlu diversi timijiet Ewropej fosthom Juventus u Paris St Germain.  

Inter se jippruvaw jagħmlu minn kollox biex ma jitilfux lil dan il-plejer u eventwalment jitlaq b’xejn fis-sena 2024 u għalhekk qed jirsistu ferm waqt li jkellmu lir-rappreżentant tiegħu.  

Bastoni għandu 23 sena u ilu jilgħab ma’ Inter sa mis-sena 2017 fejn skorja tliet gowls f’111-il partita.  

Sport