Wednesday, October 9, 2024

Alessandro Diamanti jirtira mill-futbol

Aqra wkoll

L-eks midfielder offensiv Taljan Alessandro Diamanti irtira mill-futbol milgħub fl-eta’ ta’ 39 sena. Dan l-aħħar hu kien qed jilgħab fl-Awstralja ma’ Western United fejn ilu għal dawn l-aħħar erba’ snin u lagħab 81 partita filwaqt li skorja 11-il gowl.

Diamanti kellu karriera twila fil-futbol tant li lagħab ma’ Livorno, West Ham, Brescia, Palermo, Perugia u Bologna.

Hu lagħab ukoll 17-il logħba mat-tim nazzjonali Taljan u skorja gowl wieħed biss.

Sport