Sunday, November 24, 2024

Alessandro Guarnone operat wara inċident ikrah fis-Serie D

Aqra wkoll

L-eks goalkeeper ta’ Valletta u ta’ Birkirkara, Alessandro Guarnone, bħalissa jinsab rikoverat fit-taqsima intensiva tal-isptar wara intervent kirurġiku li sarlu, li dam madwar tliet sigħat, biex tneħħitlu l-milsa wara inċident kalċistiku li seħħ nhar il-Ħadd li għadda

Guarnone, bħalissa qed jilgħab fis-Serie D mal-club ta’ Vogherese. Fis-66 minuta, tal-partita kontra Vado, huwa kellu jinħareġ b’emerġenza lejn l-isptar wara ħabta kerha ma’ attakkant avversarju.

L-aħbar ingħatat mill-club tiegħu stess hekk kif sostna li l-operazzjoni rnexxiet iżda l-irkupru se jieħu fit-tul u bħalissa jinsab rikoverat l-isptar.

Guarnone, 25 sena, inġieb f’Malta minn Birkirkara, fl-2020-21, fejn għalihom lagħab 19-il partita tal-kampjonat.

Fl-istaġun sussegwenti huwa ngħaqad ma’ Valletta fejn dan t-tliet staġuni, sal-2023-24, b’total ta’ 55 partita. 

Sport