Alessandro, magħruf bħala l-‘Punisher’ huwa l-parteċipant li għamel l-inqas ħin fil-villa ta’ Love Island. Dan wara li lbieraħ ġie eliminat, minħabba li waqt li saret ir-recoupling ta’ bejn il-koppji, spiċċa ma għażlu ħadd.
Intant fil-villa sa issa għadna ma rajniex dak li jissejjaħ drama, hekk kif il-parteċipanti għadhom qegħdin jiskopru lil min verament iħobbu. Tant li kulħadd qed jispiċċa jitkellem ma’ kulħadd.
Fil-ġimgħat li jqattgħu fil-villa flimkien, l-parteċipanti kollha jridu jieħdu deċiżjoni, billi jaraw li jsibu l-maħbub tagħhom.
Dawk li ma jirnexxielhomx f’relazzjoni u jispiċċaw weħidhom, ikunu qegħdin jitilfu ċ-ċans li ma jibqgħux fil-villa, bħal ma’ ġralu Alessandro. Huma jkunu wkoll f’riskju li jitilfu €20,000, li jingħataw fl-aħħar tal-istaġun lil koppja waħda