Tuesday, November 4, 2025

Alex Agius Saliba jinforma lill-MPEs bl-eżitu tad-deċiżjoni tal-ICC dwar l-arbitraġġ internazzjonali kontra Steward

Aqra wkoll

Id-Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit u Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba bagħat ittra lid-Deputati kollha tal-Parlament Ewropew bid-deċizjoni tat-Tribunal ta’ Arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC) dwar il-proċeduri kontra Steward Healthcare. 

Dan wara li lbieraħ it-tribunal tal-arbitraġġ laqa’ d-difiża prinċipali tal-Gvern u ċaħad it-talba ta’ Steward Healthcare sabiex jiġu kkumpensati wara li l-Gvern Malti xolja l-kuntratt li kien hemm fuq il-konċessjoni tal-Isptarijiet San Luqa,  Karen Grech, u l-Isptar t’Għawdex.  

Ikkwota d-deċiżjoni tal-ICC, li fiha ntqal li l-Gvern Malti ma kisirx l-obbligi kuntrattwali meta temm il-konċessjoni, u li l-Gvern Malti ħallas għas-servizzi li ngħataw mingħand Steward.  B’hekk ixxejnet il-gidba tal-Partit Nazzjonalista dwar l-€400 miljun.

Fl-ittra, Alex Agius Saliba saħaq li din id-deċiżjoni tikkonferma kif fil-verità Malta hija kommessa lejn it-trasparenza, il-governanza tajba, is-saltna tad-dritt u l-protezzjoni tal-interess pubbliku.  

Għall-Partit Laburista, permezz tad-Deputati tiegħu fil-Parlament Ewropew, ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna hija prijorità, u jaraw li jħarsu l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi mhux f’Malta biss iżda wkoll lil hinn minn xtutna.  

Dan b’kuntrast mal-MPE tal-PN David Casa li wara d-deċiżjoni tal-ICC reġa’ attakka lil Malta.  B’reazzjoni għall-ittra ta’ Agius Saliba, Casa bagħat ittra wkoll lill-MPEs kollha biex ikompli jkasbar lil Malta u jmeri s-sewwa magħruf.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport