Sunday, November 24, 2024

Alex Agius Saliba jispjega l-vot tiegħu dwar Metsola

Aqra wkoll

L-MEP Laburista Alex Agius Saliba fl-aħħar sigħat kien taħt kritika kbira hekk kif kien jidher ċar li mhux se jkun qiegħed jivvota biex l-MEP Roberta Metsola terġa’ tinħatar President tal-Parlament Ewropew.

F’post fuq il-midja soċjali Agius Saliba kiteb li “b’konsistenza ma’ dak li dejjem għidt matul il-kampanja elettorali, dalgħodu għażilt li ma nipparteċipax fil-votazzjoni li saret sabiex jiġi elett il-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew.”

Hu kompla jgħid li “ma stajtx nagħti s-support tiegħi la lil Roberta Metsola fuq numru ta’ prinċipji li għalija huma importanti wisq u li l-istess Metsola aġixxiet kontra tagħhom matul dawn l-aħħar sentejn u nofs u wisq anqas lill-kandidata Spanjola li bl-istess mod għandha prijoritajiet differenti minn tiegħi fosthom dak li l-abort jiġi impost bħala dritt f’kull stat membru.”

Ħabbar li waqt konferenza tal-aħbarijiet li mistennija li ssir mal-ġurnalisti Maltin preżenti fi Strassburgu se jkun qiegħed jispjega aħjar il-vot tiegħu.

Ara wkoll x’qal l-MEP Daniel Attard dwar il-vot tiegħu.

Sport