Monday, December 23, 2024

Alex Agius Saliba jressaq proposta lill-KE dwar l-użu tad-Diesel Particulate Filters

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba dalgħodu ħabbar li kien ippreżenta proposta formali lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu tad-Diesel Particulate Filters (DPF Filters) f’pajjiżi żgħar bħal Malta.

Hu jgħid li ħafna mill-persuni li għandhom vettura diesel f’Malta esperjenzaw problema ta’ error jew ħsara fil-magna kkważati minn dan il-filter.

“Bażikament l-iskop ta’ DPF Filter jew kif inhu magħruf wkoll Soot trap huwa dak il-filtru illi waqt tkun qed issuq b’veloċità moderata jiġbor il-karbonju sabiex ma nniġsux iċ-ċentri tal-irħula u l-ibliet tagħna. L-istess filter jirrilaxxa il-karbonju meta tkun qed issuq f’Highways b‘ ċertu veloċità u mingħajr ma jkun hemm waqfien,” jgħid Agius Saliba.

Il-problema f’Malta hija li minħabba d-distanzi qosra tagħna, n-nuqqas ta’ Highways u t-traffiku dan il-filtru mhux qed jaħdem sew u qed jikkawża numru kbir ta problemi lill-vetturi diesel.

Il-Memrbu Parlamentari Ewropew ikompli jgħid li “għamilt għaldaqstant proposta formali lill-Kummissjoni Ewropea sabiex isir rekwiżit li dawn id-DPF Filters jkunu jistgħu jinfetħu sabiex jitnaddfu b’ mod regolari mill-Mekkaniks Maltin hekk kif il-maġġoranza assoluta ta’ dawn il-filters lanqas biss ikunu jistgħu jitnaddfu bil-konsumaturi jkollhom ta’ bilfors jixtru filtri ġodda illi jlaħħqu fi spiża medja ta’ mijiet ta’ ewro.”

Ekonomija

Sport