Sunday, December 22, 2024

Alex Agius Saliba se jkun qiegħed jitfa n-nomina għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit

Aqra wkoll

“Sa mill-età ta’ 15-il sena tlajt tarġa wara tarġa fl-istrutturi tal-Partit Laburista. Ħabbejt lill-attivisti, id-delegati u t-tesserati fejn magħhom dejjem ħdimt mingħajr ebda interess personali jew pretensjoni sabiex nara lill-Partit Laburista jibqa’ l-akbar forza politika f’dan il-pajjiż”. Iddikjara dan l-MEP Alex Agius Saliba filwaqt li ħabbar li nhar il-Ġimgħa ser ikun qed jissottometti n-nomina tiegħu sabiex jikkontesta l-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.

Filwaqt li rringrazzja lil Daniel Micallef tax-xogħol importanti li għamel, qal li kien ikun aktar faċli għalih kieku injora s-sejħa tal-Prim Ministru Robert Abela u tal-mijiet ta’ delegati u attivisti sabiex jagħmel dan il-pass. Madanakollu huwa saħaq li lill-Partit qatt ma dawwarlu wiċċu fil-mument tal-bżonn.

“Inwegħedkom li kif dejjem għamilt, ser inkompli nagħti l-ħin u l-enerġija tiegħi kollha sabiex nagħti dak kollu li nista’ biex nibdlu fejn hemm bżonn nibdlu, insaħħu fuq il-ħafna tajjeb li wettaqna flimkien, niftħu l-bibien tal-partit beraħ għal dawk kollha li jixtiequ jikkontribwixxu u sabiex b’lealtà nkun ta’ spalla għall-Prim Ministru u l-Amministrazzjoni”, tenna Agius Saliba.

Ekonomija

Sport