Tuesday, August 19, 2025

Alex Borg dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-PN

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Nistaqsuh dwar il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista u ngħidilu kif il-Partit Nazzjonalista kien qiegħed jagħmel kritika fuj il-finanzi tal-pajjiż. Imma kif qatt il-PN jista’ jkun kredibbli dar dan meta l-finanzi tal-PN mhumiex kif suppost u ġew immexxija b’mod ħażin ħafna għal tul ta’ snin. Tant li lanqas uffiċjalment ma’ tafu x’inhi s-sitwazzjoni. Quddiem dan xi kredibilità jista’ jkollu l-PN? Ma tħossx li kien żball kbir li t-tmexxija tal-PN ma infurmatx b’mod uffiċjali dwar is-sitwazzjoni finanzjarja?

Id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg iwieġeb għal dan u jgħid li “din hi xi ħaġa li xi drabi iġġibli dubju dwar il-kredibilità tal-Gvern Laburista. Dan jattakka lill-Partit Nazzjonalista bis-sitwazzjoni finanzjarja. Imma llum għandna rekord ta’ dejn nazzjonali, li qatt ma kien hawn f’Malta. Apparti hekk sa fejn naf jien il-Gvern Laburista, il-Partit Laburista qatt ma saħaq fuq kemm għandu dejn il-Partit Laburista innifsu.

Apparti hekk ir-realtà hi li jien bħala Alex Borg, li jien  kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, sħaqt fuq l-importanza għat-trasparenza. Diġa ikkommettejt ruħi li fl-ewwel mitt ġurnata jekk inkun kap, għax jien inħobb inħares ‘lquddiem, mhux lura, nirrikonoxxi forsi x’ġara fil-passat,  għalxejn ħa noqgħod nibki u ngerger fuq  x’ġara fil-passat, ma tistax tirranġah.  Nista’ nitkellem fuq il-preżent u x’se nagħmel jien biex is-sitwazzjoni fil-futur tkun aħjar.  U hu proprju dan li qed nisħaq. Se nagħmel kumitat tekniku, li b’mod volontarju għax iħobbu l-Partit Nazzjonalista se jkunu qegħdin jirristruttaw l-assi tal-partit biex is-sitwazzjoni finanzjarja tmur ‘lquddiem.

Illum jien kburi li għandna portafoll ta’ assi li hu kbir ħafna u li huma tal-Partit Nazzjonalista. Hemm ħafna li huma reqdin u oħrajn jinkrew taħt il-market value u għalhekk bis-sistema kif se nirristruttaw l-assi tal-partit ikun hemm aktar dħul. Ikkommettejt ruħi li se nippubblikaw l-kontijiet. Qed nesiġi li l-Partit Nazzjonalista anke mill-Oppożizzjoni juri it-trasparenza. Dejjem emmint fit-trasparenża speċjalment mill-Oppożizzjoni għax jekk tkun gvern trid tibda mill-Oppożizzjoni turi it-trrasparenza. Jien se nesiġi li fl-ewwel mitt ġurnata se nippubblikaw il-kontijiet li hemm b’lura tal-Partit Nazzjonalista.”

Mistoqsi dwar kif f’din il-kampanja kienet qiegħda ssir enfasi fuq l-għaqda. Imma imbagħad toħroġ dikjarazzjoni mill-eks Deputat Mario Galea li qal li fil-Grupp Parlamentari tal-PN hemm embri li qegħdin jagħmlulhom ħajjithom infern. Jgħidlek jinsabu imdejqin fil-PN. X’tikkummenta dwar din id-dikjarazzjoni? 

Alex Borg jgħidilna li “Mario Galea insellimlu u hu ħabib kbir tiegħi.  Illum kburi li jgħix u jqatta’ ħafna miż-żmien tiegħu f’Għawdex, pajjiżi. Hu bniedem li jien qiegħed f’kommunikazzjoni ħafna miegħu.  Li hu żgur hu li hemm rispett reċiproku bejni u bejn Mario Galea u nsellimlu. 

Se naċċertah u naċċerta lil kull min fil-passat ħassu li twarrab mill-Partit Nazzjonalista, li jien se nkun qed niġi fuqhom biex inġibhom lura. Il-politika tiegħi hi li ma rrid nħalli lil ħadd lura.  Irrid nara li kull min iħossu komdu jaħdem fil-Partit Nazzjonalista, kull min għandu r-rieda li jrid jara l-Partit Nazzjonalista jissaħħaħ u jrid li jara l-Malta timxi ‘lquddiem Jien irridu miegħi, irridu maġenbi biex ilkoll infasslu fejn irridu nmorru. Lil Mario naċċertah u anke lil deputati oħra  li kienu fil-partit u forsi twarrbu jew nies li kienU jappartjenu għall-Partit Nazzjonalista u twarrbu, jien il-bieb tiegħi miftuħ u nilqa’ lil kulħadd. Li hu żgur hu li se jsib appoġġ u rispett  mingħand kull bniedem fil-Partit Nazzjonalista.”

Is-sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl huma ‘short term’…ma tistax

żżommhom għal dejjem…..se jkolli proposti kif il-kontijiet jinżammu baxxi

Domanda oħra li għamilnielu kienet dwar il-kwistjoni tas-sussidji fuq l-enerġija. ‘Dan hu suġġett li donnkom taħarbuh. Huma sussidji li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tagħeml pressjoni biex jitneħħew. Bik bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista x’se tkun il-pożizzjoni tagħkom fuq is-sussidji?”.

Alex Borg iwieġeb għal dan u jgħid li “Edward Zammit Lewis diġa qal li fil-Kummissjoni Ewropea kien hemm qbil anke mal-Partit Nazzjonalista fuq din il-kwistjoni.  Nista’ nitkellem fuqi innfisi – jien jekk inkun fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista se naħdem biex ħadd ma jbati. Biex ħadd ma jkollu kontijiet li jkunu ta’ piż fuq il-poplu Malti u Għawdxi. Jien nassigura li b’mezzi permanenti u mhux b’mezzi ‘short term’ nassiguraw li l-kontijiet jibqgħu baxxi. Il-kwistoni hi li llum għandna s-susssidji u dawn taffew il-piż. Dan nirrikonoxxieh – li ma ħallewx piż fuq il-poplu Malti u Għawdxi.  Però irrid nara li jkollna affarijiet  permanenti u alternattivi li jistgħu jibqgħu jżommu l-kontijiet baxxi b’mod permanenti mhux affarijiet kif inhi tas-sussidji għal fuq bażi qasira ta’ żmien għax dawn ma nistgħux nibqgħu nużawhom għal dejjem. Qed infittex alternattivi u se jkolli proposti  illi dawk se jżommu l-kontijiet ta’ Malta u Għawdex baxxi bħal lum il-ġurnata.”

L-affarijiet li għamel dan l-aħħar Trump żgur huma kundannabbli u 

jien ma nirrikonoxxix bħala politiku…meta rrikonoxxjet lil Trump kont qed nirreferi għal kif iwassal il-messaġġ

“Inti kont iddikjarajt li tappoġġja lil Donald Trump. Kont għedt f’intervista’ li għandek affarijiet komuni mal-politika li jħaddan Donald Trump. Kont għedt li ma Trump taf feint inti qiegħed. Kont għedt li l-politiċi Maltin għandhom x’jitgħallmu minn Trump. Nafu llum il-politika ta’ Trump f’hiex qiegħda sarraf. Neħħa għajnuna lil pajjiżi fear fein hemm nies imutu bil-ġuħ, qiegħed jarresta u jiddeporta immigranti f’El Salvador bla proċeduri, kellu 34 każ ta’ frodi.  Kif tista’ tkun kap tal-PN u tappoġġja persuna li qed tmexxi din il-politika?”, kienet domanda oħra tagħna.

Il-kontestant Alex Borg jiddikjara li “ħa ngħidlek meta saret dik l-intervista kont dieħel il-Parlament. Dak kien għadu żmien meta kien hemm l-għażla bejn Trump u Biden.  U dakinhar għidt x’hemm affarijiet li forsi dakinhar kienu jolqtuni minn Trump, li hu l-mod kif iwassal il-messaġġ tiegħu.  L-affrijiet li semmejt inti li għamel dan l-aħħar Trump żgur huma affarijiet kundannabbli u jien ma nirrikonoxxix bħala politiku. Jien għamilt dikjarazzjonijiet li żgur li Donald Trump ma jagħmilhomx bħar-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina. Din Trump mhux se jagħmilha imma jien għamiltha.  Għamiltha għax nemmen li din hi triq ‘lquddiem biex intaffu din il-problema f’din il-parti tad-dinja. Dakinhar li irrikonoxxejt lil Trump –  kien il-messaġġ,  il-mod kif iwassal il-messaġġ. Jien ‘straight to the point’. Mhux se noqgħod indur ‘lhawn jew ‘lhemm. Mhux se jkolli sieq lhawn u sieq ‘lhemm. Kulħadd jaf kif fil-passat għamilt dikjarazzjonijiet ċari fuq dak li nemmen jien. U dak hu l-politika  li se nagħmel. Jien inkun ċar mal-elettorat, li  dak li nemmen se nirrikonoxxih u ngħidu b’mod pubbliku.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport