“Ma nifhimx kif din il-ġimgħa hemm dibattitu fil-Parlament Ewropew xprunat minn MPE Maltin tal-PN li l-għan tiegħu huwa li jnaffar l-investimen milli jiġi ġewwa pajjiżna u jkisser l-investiment lokali. Filwaqt li d-dibattitu għandu faċċata fuq is-saltna tad-dritt u m’għandi l-ebda problema li niddibatti, imma l-effett tiegħu hu x’inhu l-għan warajh hu li jkisser l-investiment ta’ kwalità milli jiġi lejn pajjiżna.” Hekk stqarr il-Prim Ministru u mexxej Laburista meta kien qiegħed jindrizza attività politika f’Birkirkara.
“X’qed jipprovaw ipenġu fil-Parlament Ewropew? Li f’pajjiżna hawn xi sitwazzjoni fejn għandna saltna tad-dritt li mhix b’saħħitha u l-konsegwenza tkun ta’ dak l-investitur li qed ifittxu f’liema pajjiż jixħtu l-investimenti tagħhom jgħidu li jekk mhemmx saltna tad-dritt b’saħħitha ma ninvestix f’dak il-pajjiż,” kompla jgħid Dr Abela.
“Ikollok MPE David Casa jgħidlek li ilu xhur jaħdem fuq din ir-riżoluzzjoni f’pajjiżna u l-Kap tal-Oppożizzjoni imur Brussell din il-ġimgħa u flok jagħmel sforz biex dan id-dibattitu ma jsirx… u nappellalu biex jordna lill-MPE tiegħu biex jirtirah dan id-dibattitu kontra pajjiżna… ma jagħmel xejn jibqa’ ċass,” stqarr il-Prim Ministru.
Hu kompla jgħid li din il-ġimgħa se jsir dibattitu favur Malta fil-l-Parlament Malti.
“Dibattitu favur Malta fejn se nuru li bidliet li għamilna b’saħħithom fil-governanza tajba, illum immur mal-mexxejja tas-27 Stat Membru … u nitħaddet b’saħħti favur pajjiżna,” qal Dr Abela.
“Għaliex il-PN mar fl-Ewropa u jrid jiddiskuti l-proċeduri wkoll dwar ġuri li għad irid jinstema’ kif fix-xhur li ġejjin? Jien nitkellem bir-iużultati dwar dak il-każ. Numru ta’ perusni ġew imressqa fil-Qrait investigati misjuba ħatja u kkundannati jew għal għomorhom il-ħabs u oħrajn għal pieni twali ta’ priġuneirja,” kompla jistqarr il-Prim Ministru
“Aħna filwaqt li hemm min qed jagħmel dik il-ħsara, se nibqgħu niddefendu u nipproteġu isem pajjiżna bis-saħħa, se nibqgħu wkoll nattiraw l-investiment…” temm jgħid il-mexxej Laburista Dr Robert Abela.