Monday, September 15, 2025

Alex Borg ikompli fejn ħalla Bernard Grech- il-Partit Laburista

Aqra wkoll

Il-ħames Kap tal-PN fi 12-il sena se jkompli mat-tradizzjoni ta’ dawk li ġew qablu – politika tat-tisbit tas-saqajn. Alex Borg kien lanqas temm l-ewwel intervent tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni li ma ħarbatx l-ewwel sessjoni Parlamentari wara l-waqfa tas-sajf li fiha kellha tiġi diskussa riforma importanti dwar is-sigurtà fit-toroq.

Dan iddikjarah il-Partit Laburista, fejn qal ukoll; “Ried jiddiskuti rapport ta’ 200 paġna li kien ilu ippublikat ftit minuti. Dwar dan ir-rapport, il-Gvern diġà wieġeb u m’għandu ebda diffikultà li jkompli jwieġeb tant li minkejja li l-Ispeaker ċaħad it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Gvern wera li hu dispost għal kwalunkwe diskussjoni kif dejjem għamel”

Il-PL tenna jgħid li l-ġurnata minn filgħodu turik. Alex Borg se jkompli fejn ħalla Bernard Grech. He is more of the same!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport