Monday, March 16, 2026

Alex Borg iwiegħed li jnaqqas il-VAT ta’ stabbilimenti tal-ikel

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap Nazzjonalista Dr Alex Borg qal li fl-ewwel 100 jum minn meta jkun Prim Ministru se jkun qiegħed inaqqas il-VAT ta’ stabbilimenti tal-ikel minn 18% għal 7%.

Waqt attività politika fl-Isla l-Ħadd filgħodu, Borg għamel diversi wegħdi li skont hu jwettaq fl-ewwel 100 jum minn meta jinħatar Prim Ministru. Fost dawn il-wegħdi semma li jneħħi t-taxxa kollha minn fuq kull dħul tal-pensjonanti.

Skont Alex Borg, il-Prim Ministru qiegħed iqarraq bil-pensjonanti u saħaq li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti lill-pensjonanti l-onestà.

Fil-qalba tal-Kottonera, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-poplu tat-tlett ibliet jaf xi tfisser il-lealtà lejn pajjiżhom u li jagħrfu jagħżlu bejn politika tal-kliem fieragħ u propaganda, u dik tal-irġulija. Hu qal li miegħu kulħadd jaf fejn qiegħed.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport