Saturday, February 28, 2026

Alex Borg jagħmel u-turn oħra fil-proċess tal-ħatra ta’ Prim Imħallef

Aqra wkoll

Alex Borg illum għamel u-turn oħra u rrepeta l-proposti li diġà ressaq Gvern Laburista. Kummentiburista jinnota l-kumment tal-Kap tal-Oppożizzjoni li għamel u-turn oħra u sa fl-aħħar qed jaqbel mal-Gvern fuq il-bżonn ta’ anti-deadlock mechanism fil-proċess tal-ħatra ta’ Prim Imħallef.

Kien il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu li fl-aħħar jiem sostna li għandu jkun hemm mekkaniżmu anti-deadlock f’dan il-proċess wara li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista waqfet dan milli jsir lura fl-2020. Dr Abela sostna wkoll li sakemm dan jiddaħħal, is-sitwazzjoni fil-Qrati ta’ pajjiżna hija waħda normali, ippreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti.

Jekk Alex Borg irid jittieħed bis-serjetà fuq din il-kwistjoni, huwa għandu jiddiskuti din il-liġi tant bżonnjuża issa u mhux jistenna l-elezzjoni ġenerali tgħaddi.

F’sitt xhur Alex Borg diġà tilef il-kontroll tal-partit tiegħu. Spiċċa qal le għal żewġ nomini tal-Gvern mingħajr ma ta raġuni valida għax hekk iddettawlu l-estremisti.

Jekk vera jinteressah mill-bajda u l-ħamra, illum qabel għada għandu jinfatam mill-estremiżmu li ħakmu u jaqbel mal-Gvern fuq l-anti-deadlock mechanism.

Il-maturità u r-responsabbiltà jibqgħu kruċjali jekk irid jittieħed b’serjetà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport