Monday, October 27, 2025

Alex Borg jgħid li l-Budget kellu diversi nuqqasijiet 

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-Budget 2026, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg stqarr li dan kien budget li fih miżuri pożittivi li bħala partit jilqgħuhom, iżda tenna li “rridu naraw ukoll fejn hemm nuqqasijiet biex nibqgħu nissalvagwardjaw lil kulħadd.”

Dr Borg qal li dan il-budget kellu dak li sejħilhom “diversi nuqqasijiet” fosthom tħalla barra pjan ħolistiku għal sistema ta’ trasport tal-massa. Qal ukoll li “rajna li ma kienx hemm soluzzjoni għall-overpopulation” filwaqt li “l-poplu Malti ngħata żieda ta’ €4.66 fil-ġimgħa li mhux se ttaffi l-piż tal-għoli tal-ħajja.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport