Sunday, November 2, 2025

Alex Borg jgħid li l-PN għandu qalb tħabbat għal ġid tal-pajjiż 

Aqra wkoll

“Il-falliment tagħna ikun jekk naħsbu li nkunu li wasalna. L-iktar mument kburi illi l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jibda joħroġ mid-dar u nħabbtu l-bibien. Qed nerġgħu naraw ħafna nies jersqu fid-Dar Ċentrali. Il-Partit għandu qalb li tħabbat u qalb li trid il-ġid għal pajjiż.”

Dan iddikjarah il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Bog waqt attività politika l-Ħadd filgħodu. Borg sostna li l-Partit mexxei minnu huwa ħaj u li qed jagħti u jwiegħed futur aħjar liż-żagħżagħ. 

Sostna li l-Partit Nazzjonalista u kull tip ta’ partit fil-pajjiż għandu dejjem ikun trasparenti biex iġib il-kredibilità. Met kien mistoqsi dwar il-four day week,  Borg qal li qed jara fejn din tista’ tiġi implimentata. 

Borg irrimarka li ż-żewġ partiti għandhom jiffukaw fuq l-interess nazzjonali għaliex skontu fl-aħħar mill-aħħar, il-ħdima li ssir f’kull partit trid titwassal għand il-poplu.

Tenna jgħid; “Iż-żewġ partiti ewlenin għandhom jaraw l-interess nazzjonali u li jieħdu deċiżjonijiet mhux li jibżgħu li se jitilfu l-voti imma li verament hemm bżonnhom biex pajjiżna jieħd l-qabża li jmiss”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport