Sunday, January 25, 2026

Alex Borg jgħid li t-triq għall-PN għadha twila

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jindrizza l-ewwel l-Kunsill Ġenerali minn meta sar kap, liema kunsill ġew mtella’ f’Għawdex Dr Alex Borg qal li minkejja l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika jagħti kuraġġ lill-Partit li hemm ċans tajjeb li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss, xorta waħda t-triq għall-Partit Nazzjonalista għadha twila.Il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Alex Borg faħħar l-inizjattiva li ħabbar il-Prim Ministru li se jkun qiegħed jagħti kumpens lil dawk kollha li ħadmu waqt il-maltempata. Fl-istess ħin irringrazzja wkoll lill-għalliema li minkejja l-maltemp xorta waħda marru fl-iskejjel biex jagħtu edukazzjoni lill-uliedna.

Qal li l-Gvern jikkritika lill-Oppożizzjoni li jinqeda bil-maltemp biex jirbaħ punti politiċi… iżda skont Borg dan isir minħabba li l-Gvern qiegħed maqtugħ min-nies. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal bilfors jikktrika lill-Gvern hekk kif skont hu l-masterplan ta’ Marsalforn li ġiet imwegħda snin ilu s’issa għadu ma sar. Qal ukoll li breakwater li wkoll suppost ilu lest s’issa ma hemm l-ebda indikazzjoni dwar meta dan se jibda.

Dr Borg qal li filwaqt li hu jkun kull ġimgħa Għawdex, ikkritika lill-Prim Ministru li jmur Għawdex meta tkun ġejja l-elezzjoni.

Irrefera wkoll għal pjan imħabbar dwar il-vapuri l-ġodda li se jsiru bejn Malta u Għawdex. Dr Borg qal li hu jittama biss li din tal-vapuri l-ġodda mhux xi ħaġ’oħra bħal dik tal-Metro li issa jidher ċar li mhux se ssir.

Dr Borg tenna li jekk in-nies f’elezzjoni ġenerali jagħtu l-fiduċja lill-Partit Nazzjonalista u hu jkun Prim Ministru Għawdex u l-Għawdxin mhux se jibqgħu ċittadini tat-tieni klassi.

Irrefera wkoll għar-riżenja tal-Ministru Galdes fejn qal li dan kollu qiegħed jitfa’ dell ikrah fuq Malta ma’ pajjiżi barranin. Qal li hija ħasra kif għal xhur sħaħ il-Prim Ministru baqa’ jiddefendi lil Galdes.

Dr Borg qal li l-Maltin u l-Għawdxin iridu politiċi qrib in-nies u mhux biex jaqdu lil tal-qalba. Qal li l-Partit Nazzjonalista jrid li l-aqwa żmien ikun għal Maltin u l-Għawdxin kollha.

Meta ġie biex jitkellem dwar l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika Dr Borg qal li hemm ċans tajjeb li l-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern… iżda fl-istess ħin qal li baqa’ triq twila ħafna biex il-Parit Nazzjonalista jirbaħ u jkun fil-Gvern. 

Il-Kap tal-Oppiżizzjoni qal li minn meta ħa t-tmexxija tal-PN f’idejh id-Dar Ċentrali qiegħda tkun dejjem mimlija bin-nies b’attività għaddejja l-ħin kollu b’ħafna nies jersqu lejn il-Partit biex joffru xogħol volontarju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport