Sunday, October 19, 2025

Alex Borg jgħid li t-triq tibqa’ waħda għat-telgħa imma kapaċi naslu

Aqra wkoll

Fl-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-PN, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal li t-triq tibqa’ waħda għat-telgħa imma kapaċi naslu – partit magħqud li reġa’ qajjem entużjażmu fil-pajjiż kollu.

Borg stqar li “dan hu l-mument fejn il-kuraġġ jimbuttana biex niksbu l-aħjar, fejn l-enerġija tħeġġiġna dejjem aktar, u fejn l-entużjażmu nsarrfuh f’ħidma għal pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jkun it-tama għall-poplu, qed ikun hu li jqajjem diskussjoni fuq livell nazzjonali, u huwa konvint li jista’ jkun is-soluzzjoni għal dan il-pajjiż.”

Fid-diskors tiegħu l-Kap Nazzjonalista rrefera wkoll għat-trasport tal-massa. Qal li jrid li jkun hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq sistema ta’ trasport tal-massa. Huwa qal li kien għalhekk li ppropona li jkun hemm Sunset Clause bejn iż-żewġ partiti fuq it-trasport tal-massa. Dan ifisser li jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat fuq sistema ta’ trasport tal-massa, u li jkun iffirmat ftehim li jobbliga lil kull gvern ikompli proġetti tat-trasport li jkunu nbdew minn gvernijiet ta’ qabel. B’hekk proġetti għall-ġid nazzjonali jitwettqu bla ma jkunu suġġetti għall-interessi politiċi tal-mument.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport