Id-dikjarazzjonijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg kontra l-kunċett ta’ Housing Affordabbli huma xokkanti.
Il-Partit Laburista jinnota din il-pożizzjoni kontra mill-Partit Nazzjonalista (filmat mehmuż) fuq proġett li l-Gvern qed jaħdem fuqu flimkien mal-Knisja. Dan biex first-time buyers u żgħażagħ li jikkwalifikaw taħt ċerti kriterji, isiru sidien ta’ darhom b’xiri ta’ proprjetà li jkun 30% anqas mill-prezz tas-suq.
Issa lkoll nafu li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jitkellem fuq dan is-suġġett, meta niġu għall-miżuri tanġibbli li bihom tingħata spalla liż-żgħażagħ, Alex Borg għażel naħa oħra u dawwar wiċċu għal dawn il-first-time buyers.
Mar kontra 260 familja li se jibdew igawdu mill-proġett ta’ Housing Affordabbli f’erba’ lokalitajiet immexxi mill-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli. Proġett differenti mill-housing soċjali fejn qed jinbnew 260 dar fuq artijiet pubbliċi (li qabel kienu tal-Knisja), li l-Gvern għadda għal dan l-iskop biex żviluppaturi li pparteċipaw f’sejħa ta’ espressjoni ta’ interess, issa qed joffru soluzzjonijiet t’akkomodazzjoni bi standards għolja.
Li l-Oppożizzjoni ħarġet kontra ħemel ta’ miżuri għall-first-time buyers fosthom:
· l-għotja ta’ €10,000;
· frankar fit-taxxa tal-boll;
· l-iskema Equity Sharing
· l-inizjattiva New Hope;
· u tant inċentivi fiskali oħra;
Ilkoll nafuh għax l-Oppożizzjoni baqgħet tivvota kontra dawn il-miżuri tal-Budget, sena wara l-oħra.
Issa nafu wkoll li Alex Borg huwa kontra l-kunċett tal-Housing Affordabbli. Min mhux lest jieħu pożizzjoni favur il-familji mhux preparat biex imexxi l-pajjiż.

