F’intervista li ta fuq l-istazzjoni NET, il-Kap tal-Oppiżizzjoni u Kap Nazzjonalista Alex Borg qal li fl-ewwel mitt ġurnata tiegħu hu rnexxielu jwettaq wegħda oħra hekk kif organizza l-Crowdfunding.
Filwqqt li rringrazzja lil kull min ikkontribwixx qal li fi ftit jiem inġabru €15,000 biex il-PN isir l-ewwel partit politiku bl-ewwel podcast tiegħu f’pajjiżna. Waqt li ħabbar li t-tieni mira se tkun biex bl-istess Crowdfunding issa jinġabru l-fondi ħalli tkun organizzata l-Konvenzjoni Nazzjonali biex il-PN iwettaq il-wegħda tiegħu li jagħmel dibattitu li jkun miftuħ għal kulħadd dwar il-futur li rridu għal Malta u Għawdex tagħna. B’hekk, il-PN se jibqa’ joffri tama lill-Maltin u l-Għawdxin.
Waqt l-istess intervista Borg tkellem ukoll dwar l-edukazzjoni fejn qal li “-realtajiet u l-eżiġenzi tal-pajjiż qed jinbidlu u llum irridu naraw li l-edukazzjoni li nipprovdu tarma lill-istudenti tagħna biex ikunu kapaċi jilqgħu l-isfidi ġodda tas-suq tax-xogħol u tagħtihom l-għodda biex jiffaċċjaw oqsma ġodda bħalma huma l-AI, il-Fintech, il-Medtech, l-innovazzjoni diġitali, l-eSports u t-3D Printing. Hu fakkar kif Gvern Nazzjonalista kien iffirma ftehim bħal dak tal-MCAST mal-Lufthansa Technik biex iħarreġ lill-istudenti ħalli jkunu kapaċi jidħlu fis-settur tal-avjazzjoni u qal li l-Gvern għandu jimxi fuq dan il-mudell biex jiżgura li l-istudenti li joħorġu minn dawn l-istituzzjonijiet ikunu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa għall-oqsma l-ġodda tal-ekonomija.”
Intant il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap Nazzjonalista Alex Borg f’intervista li ta fuq Net TV kompla l-attakk fuq il-Ministru Rodrick Galdes fejn għal darb’oħra sejjaħ għar-riżenja tiegħu.
Borg qal li “l-penthouse duplex bil-jacuzzi, l-arja u garaxx li akkwista Roderick Galdes swiet €45,000 inqas minn proprjetà simili fl-istess blokka mingħajr garaxx li l-istess kuntrattur biegħ sentejn qabel iffirma l-konvenju l-Ministru għall-Housing Affordabbli tkompli ssaħħaħ il-fehma tal-Partit Nazzjonalista li Galdes għandu jirriżenja, inkella jitneħħa mill-Prim Ministru.”


