Saturday, December 28, 2024

Alex Dalli jissospendi lilu nnifsu minn Kap Eżekuttiv tal-ħabs

Aqra wkoll

Is-Sur Alexander Dalli ssospenda lilu nnifsu minn Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.  

Is-sospensjoni daħlet fis-seħħ b’effett immedjat wara laqgħa mal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri iktar kmieni dalgħodu.

L-inkjesta ministerjali dwar l-operat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn tim ta’ professjonisti li bdiet numru ta’ ġimgħat ilu għadha għaddejja, liema inkjesta għandha sservi ta’ bażi għal iktar riformi ħolistiċi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ekonomija

Sport