Saturday, December 21, 2024

Alex Muscat: Lesti noħorġu ismijiet ta’ min inneħħulu ċ-ċittadinanza

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċttadinanza u l-Komunitajiet ħabbar waqt l-istess seduta li huwa lest li jawtorizza l-pubblikazzjoni ta’ ismijiet ta’ barranin li titneħħilhom iċ-ċittadinanza Maltija.

Muscat qal li mal-Kummissjoni Ewropea preċedenti kien hemm qbil dwar l-Iskema ta’ Ċttadinanza b’Investiment (IIP) imma ma’ dik attwali Malta rat il-ftuħ ta’ proċeduri kontriha.

Huwa irrefera għall-pressjoni kbira li saritilha minn Maltin li ta’ kuljum ifesfsu fil-widnejn fi Brussel kontra Malta għax ma jaħmlux li b’dan il-programm qed jiġi l-investiment f’pajjiżna.

Muscat għamilha ċara li bħala stat sovran Malta ma kinitx se taċċetta li jiġi xi ħadd jiddettalna lil min nagħtu ċ-ċittadinanza u għamilha ċara li dan ma kienx ibbuljar imma prinċipju kardinali.

Kien hawn li huwa qal li taħt il-programm il-ġdid lest jippubblika l-isem ta’ min titneħħilu ċ-ċittadinaza waqt li nsista li l-figuri juru li mhux vera li kull min japplika jingħata ċ-ċittadinanza.

Fil-fatt Muscat semma kif bil-programm l-antik sal-aħħar ta’ Awwissu applikaw 2,076 persuna li minnhom ġew approvati 1,480. Dan ifisser li madwar 25% tal-applikazzjonijiet ġew rifjutati li tellgħu l-medja ta’ applikazzjonijiet rifjutati għal madwar 30%.

Muscat spjega kif fis-sitt snin li tnediet din l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment din iġġenerat €1.5 biljun fl-ekonomija lokali u din kienet ir-raġuni għala l-PN qatt ma qabel magħha.

Ekonomija

Sport