L-eks plejer internazzjonali Malti Alex Muscat ġie magħżul bħala l-plejer tas-sena tal-Veterans Malta Association hekk kif ġiet organizzata s-serata annwali ta’ premjazzjoni fil-klabb ta’ Żurrieq Wolves.
Muscat, li jilgħab ma’ Gżira United Veterans, kellu staġun mill-aqwa fejn rebaħ ukoll il-klassifika tal-aqwa skorers meta skorja 26 gowl. Hu għen ukoll lill-Maroons jispiċċaw fit-tieni post tal-klassifika tal-VMFA Hyundai Premier League.
Sadanittant, MFPA kienu l-protagonisti ta’ dan l-istaġun meta rebħu kemm il-kampjonat kif ukoll il-kompetizzjoni KO.
Mill-banda l-oħra, Gżira United rebħu l-ewwel edizzjoni tad-David Cluett Memorial Cup kif ukoll is-Super Cup li kienet l-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun.