Id-difensur Brażiljan ta’ Juventus Alex Sandro mistenni jdum barra għal madwar 40 ġurnata wara li weġġa’ koxxtu x-xellugija waqt l-aħħar logħba li i Bianconeri lagħbu kontra Lazio u li rebħu 3-1.
Wara t-testijiet li t-tobba għamlulu fil-J Medical, ġie stabbilit li l-plejer li ilu tmien snin mal-klabb ikun aħjar jekk jagħmel perjodu ta’ mistrieħ.
B’hekk il-kowċ Massimiliano Allegri kontra Sassuolo mistenni jilgħab b’Federico Gatti, Danilo u Bremer bħala t-tlieta ta’ wara.